main menu service menu

Open day at the archeological digs at the old church site.

After long weeks of carefully clearing overgrowth and rubble; sorting, recording and cataloguing all the remaining artefacts, the ruins of the old parish church are finaly open to public access.[>]

GO TO OFFICIAL SIGGIEWI LOCAL COUNCIL WEBSITE GO:[>]

SIGGIEWI.ORG is an independent community service.

Inauguration of a monument dedicated to great Maltese poet, Karmenu Vassallo (1913 - 1987)

President Eddie Fenech Adami, today unveiled a Monument dedicated to Siggiewi born, Maltese poet Karmenu Vassallo. The programme compére was Ms Marie Claire Cassar, introducing a selection of speakers. Mr Marcel Zammit Marmarà, expounded the life and achievements of Karmenu Vassallo. After the unveiling, President Fenech Adami, gave a short but very incisive speech on the prinicples and convicitons that guided the life and poetry of Karmenu Vassallo.

Poet Karmenu Vassallo (1913-1987)

Karmenu Vassallo Poeta (1913-1987)

Karmenu Vassallo twieled is-Siġġiewi fit-18 ta'Marzu ta' l-1913. Studja fil-kulleġġ ta' San Alwigi Birkirkara u fil-Kunvent ta' San Mark Ir Rabat fejn għamel kors ta' letteratura Latina u Taljana, kors ta' Filosofija ubeda l-kors tat-Teoloġija. Bejn l-1928 u l-1935 kien membru reliġjuz tas-Socjeta Missjunarjata' San Pawl.

Vassallo beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalista ma' "Leħen is-Sewwa" (1935-37) fejn kien jieħu ħsieb il-qari tal-provi u l-paġna letterarja u jikteb ukoll artikli; wara ħadem bħala wieħed mill-Istaff Editorjali ta' "il-Berqa" u editur tal-pagna letterarja tagħha.

Bejn l-1939 u l-1941 huwa kien jgħallem il-Malti, it-Taljan, l-Istorja ta' Malta u l-Ġeografija fil- Kulleġġ San Alwigi.

Fl-1941 huwa nqabad bil-lieva u serva mar-riġment tal-K.O.M.R. fejn baqa' sa l-1944. Ingħata l-medalji "1939-45 Star", "Africa Star" u" War Medal 1939-45" għas-servizz tiegħu.

Wara l-gwerra huwa ħadem bħala skrivan mal-Gvern mal-Kummiissjoni tas-Reviżjoni tal-Liġijiet (1944-45).

Ġie elett fil-Kunsill tal-Gvern li serva bejn Novembru 1945 u Settembru 1946.

Wara nħatar Surmast tal-Malti fil-Liċeo (1947-56), meta nbagħad ħadem bħala sciptwriter mad-Dipartiment ta' l-informazzjoni (1956-1961). Kien ukoll eżaminatur tal-Malti f'eżamijiet taċ-ċivil kif ukoll ta' kompetizzjonijiet letterarji fil-Malti.

Rebaħ ħafna premijiet f' konkorsi letterarji fil-qasam tal-poezija Maltija.

Kien membru ta' l-Akkademja tal-Malti samill-1937 u sar membru tal-kunsill tagħha fil-1944. Kien ukoll segretarju tas-Soċjetȧ ta' l-Awturi Maltin (1950-57): President Distrettwali tal-Partit Tal-Ḣaddiema (1945-47); segretarju, vici-president u president tal-Każin tal-"Banda San Nikola" gḣal xi snin bejn l-1936 u l-1963); u membru tar-"Rediffusion Drama Advisory Panel" (1960-61).

Karmenu Vassallo kien ukoll President Onorarju tal-"Gḣaqda Kulturali Siġġiewi".

Vassallo rtira mis-servizz fl-1968 u fil-1971 ikkontesta bla suċċess l-elezzjonijiet ġenerali mal- "Malta Labour Party". Kien ukoll membru tal-Bord taċ-̇Ċensuri, Tal-Bord Industrijali u tal-Bord tal-Pubblikazzjonijiet.

Vassallo kiteb xogḣlijiet bil-Malti, it-Taljan u l-Ingliż. Poeżiji tiegħu bil-Malti nqalbu bil-Franċiż minn Laurent Ropa, bit-Taljan minn Dr. Vincenzo Maria Pellegrini u Dr Giovanni Curmi u bl-Ingliż mill-Professur A.J. Arberry.

Fl- 1972 Vassallo ngħata l-medalja tad-deheb Guzė Muscat Azzopardi.

F'Ġunju 1939 iżżewweg lil Marija Vassallo ukellhom sebȧ wlied: Rożanna, Herman-Baruch, Oliver Paul, Toninu, Nicholas, Jane u Joe Silverius.

Karmenu Vassallo miet fis - 7 ta' April 1987.

Text from Pamphlet distributed during the ceremony.

Mr. Marcel Zammit Marmarà giving a speech on the life and achievements of poet Karmenu Vassallo

President Eddie Fenech Adami unveiling the monument dedicated to Karmenu Vassallo

St. Nicholas Band Club performing contemporary and classic arrangements, from Ennio Morricone and Vangelis, closing the event with the national anthem.